‘Gbir, Tranġar, Riċiklar tal-iSkart Elettroniku ġewwa Santa Luċija’
• WHAT will be done
Description:
‘Gbir, Tranġar, Riċiklar tal-iSkart Elettroniku ġewwa Santa Luċija’
Skont l-ahhar statistika ippubblikata min WEEE Malta, jidher li fl-2017 intrema’ mat-3,716
tunnellata ta skart elettroniku.
L-ahhar rapport ppubblikat f’April 2023, jidher li l-gbir medju ta’ skart elettroniku fl-ahhar 3
snin precedenti huwa ta’ 5,314.7 tunnellata
Statistika maħruġa mill-unjoni ewropea (Eurostat), turi li fl-2022, ingabru mal 11.2kg ta skart elettroniku fuq kull resident ewropew, l-oghla kienet il-Bulgaria b’15.6kg fuq kull resident. Malta minn naħa l-ohra tinsab b’rata ta’ 5.7kg fuq kull resident.
Allura ahna ghandna missjoni x naghmlu, ejja nghinu sabiex inzommu d-dinja ahjar.
Objettivi:
1. Nippromwovu għarfien fuq din il-problema li aktar ma tmur qed tikber fuq skart
elettroniku
2. Nħeggu residenti sabiex jiddisponu b’mod sigur u konvenjenti mill-iskart elettroniku
3. Nrawmu mill-ġdid mentalita’fejn mhux nixtru u niddisponu għaliex apparti naħlu l-flus,
qed neqirdu l-elementi tad-dinja. Minflok nitgħallmu nirranġaw u kif nestendu l-lifespan
tal-apparat elettroniku
4. Titrawwem kultura fit-tul ta’ kif niddisponu b’mod sostenibbli l-iskart f’Santa Luċija.
Attivitajiet Pjanati:
1. Ġbir ta’ Skart Elettroniku fil-Komunità:
Noħolqu punti ta’ ġbir temporanji
1. fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali,
2. iċ-Ċentru Parrokkjali; u
3. l-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija u l-iskola tas-sorijiet.
L-oġġetti li jistgħu jinġabru jinkludu iżda mhux limitat għal:
1. telefowns,
2. laptops,
3. tablets,
4. chargers,
5. apparat domestiku żgħir (kitli, hairdryers, radios),
6. remotes, cables, u batteriji.
Dan kollu jista’ jseħħ bl-għajnuna ta’ WasteServ Malta sabiex tipprovdilna kontenituri fejn isir irrimi u r-riċiklaġġ xieraq.
2. Workshop ta’ Tiswija u Użu mill-Ġdid tal-apparat elettroniku:
Sessjoni interattiva mmexxija minn tekniku/NGO dwar it-tiswija ta’ apparat żgħir.
Dimostrazzjonijiet dwar kif testendi l-ħajja tal-elettronika (eż., tibdil ta’ batteriji, tiswija ta’
plugs).
3. Task għaż-Żgħażagħ u l-Iskejjel:
L-istudenti jiġbru oġġetti żgħar ta’ skart elettroniku mid-dar. Proġett ta’ arti kreattiva bl-użu ta’ komponenti li ma jissewwewx (wires, circuit boards, keyboards) biex jagħmlu dekorazzjonijiet
bit-tema ‘Agħti Ħajja Ġdida lill-Iskart’.
Is-sottomissjonijiet rebbieħa se jiġu esebiti online u f’wirja separata fil-Ġnien Ċiniż.
Kampanja ta’ Informazzjoni:
Posts fuq il-midja soċjali b’fatti dwar l-iskart elettroniku u pariri dwar ir-riċiklaġġ, ezempju:
‘Kont Taf li….?’.
Involviment u Inċentivi tal-Komunità
– Lotterija b’lotterija għal residenti li jikkontribwixxu skart elettroniku.
– Ċertifikati ta’ rikonoxximent għall-iskola/klassi bl-ogħla parteċipazzjoni.
Location
• WHERE it will take place
Country:
Address:
Action Developer
• WHO will run the show
Entity:
How can you get in contact:
They can contact the local council via
email - santalucija.lc@gov.mt
telephone - 21666600
• WHEN
will it happen?
Dates of the proposed action:
• WHY
join hands and minds to prevent waste?
Check out other actions that will cover these themes: